Magna tas-sigaretti tinsteraq minn ħanut fi Blata l-Bajda

Magna tas-sigaretti nsterqet minn ħanut fil-Blata l-Bajda li fis-sigħat li għaddew kien fil-mira tal-ħallelin.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li s-serqa seħħet matul il-lejl jew fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu fi Triq Nazzjonali.
Hu mifhum li l-ħallelin daħlu fil-ħanut billi kissru l-bieb li hu tal-ħġieġ.
Għaldaqstant, kawża tas-serqa hemm xi ħsarat fuq il-post.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.