Jidħol f’ħanut u jitlaq bil-cash register

Raġel daħal f’ħanut b’basket u ħareġ arma bil-ponta u telaq bil-cash register. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.15 saret serqa minn ħanut f’Ħal Tarxien.

Il-ħanut jinsab fi Triq Santa Monica.

Is-serqa kienet ikkonfermata minn kelliem għall-Pulizija.

S’issa għadu mhux magħruf l-ammont ta’ flus li nsterqu iżda l-kelliem għall-Pulizija qal li m’hemmx inkjesta.