Serqa minn ħanut f’B’kara

Anqas minn elf ewro fi flus kontanti nsterqu minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ il-bieraħ għal ħabta tad-9 pm fi Triq Mons. Alfred Mifsud, kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, Birkirkara.

Minn stħarriġ jirriżulta li waqt li wieħed minn żewġ impjegati kien għadu kif niżżel ix-shutter, dan reġa’ ġie mtella minn persuna mgħamda u armata b’arma tan’nar.

Is-suspettat kompla għal wara il-bank u minn hemm ħataf il-flus mill-kexxun tal-cash register u ħarab bihom.

L-impjegati huma ġuvni ta’ 18-il sena minn Santa Luċija u mara ta’ 31 sena minn Santa Venera.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett u d-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali.