Serqa minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi; Il-Pulizija tfittex lill-ħalliel

Read in English.

Il-Pulizija qiegħda tfittex lill-ħalliel li wettaq hold-up minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi waranofsinhar.

Dan ġara għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq San Edwardu.

Fil-banka kien hemm l-impjegata, mara ta’ 31 sena minn Ħal Kirkop, meta daħal raġel jitlobha l-flus. Huwa aggredieha u kellu fuqu arma taqta’ u bil-ponta. Seraq ammont ta’ flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.

Il-vittma ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta
u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett u tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.