Aġġornata (2): Serqa mill-ħanut tal-Maypole f’Ħ’Attard…tfittxija għall-ħalliel

Raġel armat u liebes maskra tal-karnival daħal jisraq mill-ħanut tal-Maypole f'Ħ'Attard.
Is-serqa saret għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq Santa Katerina.
Il-ħalliel seraq flus kontanti mingħand il-kaxxiera kif ukoll mingħand klijent tal-ħanut.

Il-pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention bħalissa qed ifittxu lill-ħalliel fit-toroq tal-madwar.
Jidher li fil-ħanut kien hemm mara li qed tistenna tarbija li mbagħad mill-ewwel ingħatat l-ewwel għajnuna.
Madanakollu ħadd ma weġġa'.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa u ħatret l-esperti biex jassistu f’inkjesta.