Serqa mil-lukanda ta’ Kemmuna

Insterqu xi għodda mill-imħażen ta’ lukanda qrib il-Bajja ta’ San Niklaw f’Kemmuna.
Il-Pulizija qed tinvestiga s-serqa li seħħet fl-aħħar jiem fi Triq il-Gvernatur Walter Congreve.
Il-ħallelin ivvandalizzaw ukoll il-lukanda fost l-oħrajn kissru xi fanali u twieqi.
L-istess ħallelin qabbdu ħuġġieġa fl-inħawi iżda m’għamlux ħsara.