Aġġornata: Serqa f’San Ġiljan; 2 l-isptar

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kien hemm serqa mil-lido tas-San Ġorġ Corinthia f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15 pm. Persuna mhux magħrufa daħlet fil-lido, fil-kamra fejn wieħed irid iħallas biex jidħol u attakkat lill-ħaddiema b’xi tip ta’ spray. Il-persuna ħarbet minn fuq il-post b’mutur tal-kiri b’ammont ta’ flus kontanti wara li ġrew warajha l-ħaddiema tal-lido stess.

Wieħed mill-ħaddiema ġarrab ġrieħi ħfief.