Serqa fl-Imsida; il-Pulizija tfittex il-ħalliel

Raġel mgħammad u allegatament armat b’arma taqta’ u bil-ponta wettaq serqa minn ħanut fl-Imsida u wara ħarab minn fuq il-post.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fil-11pm ilbieraħ fi Triq San Lwiġi f’ħanut tal-merċa. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li fil-ħin tas-serqa kien hemm preżenti żewġt irġiel Indjani ta’ 34 u 30 sena.

Malli ħa l-flus, il-ħalliel ħarab minn fuq il-post. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex jinstab il-ħalliel.

Ħadd ma weġġa’ b’rabta ma’ din is-serqa.