Ħallelin jerġgħu jisirqu minn ħanut fil-Ħamrun

Ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun reġa’ kien fil-mira ta’ ħallelin li serqu xi flus kontanti minnu.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bis-serqa għall-ħabta tas-2 am. Il-ħanut jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Spjegat li ma kinitx l-ewwel darba li nsteraq.