Serqa f’dar fil-Gżira

Aktar kmieni llum seħħet serqa f’dar fil-Gżira.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li x’aktarx is-serqa seħħet filgħodu jew waranofsinhar. Qal li nsterqu xi oġġetti personali mid-dar li tinsab f’The Strand, fil-Gżira.
Il-Pulizija ma kelliex aktar dettalji dwar dan il-każ sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.