Serqa Belt: Arrestati ż-żewġ persuni mfittxija

Read in English.

Ġew arrestati ż-żewġ persuni mfittxija mill-Pulizija b’rabta ma’ serqa minn dar ta’ anzjana fil-Belt Valletta. Dan wara sigħat twal ta’ investigazzjoni. Huma mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin, probabbilment għada.

AQRA: Aġġornata: Il-Pulizija bi tfittxija għall-ħallelin li serqu anzjana fil-Belt

Dalgħodu, tressaq il-Qorti raġel ieħor li daħal jisraq magħhom jumejn ilu. Ir-raġel ta’ 36 sena li ma jaħdimx u jgħix l-Imsida wieġeb mhux ħati iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

AQRA: Jitressaq wieħed minn dawk li daħlu jisirqu minn dar ta’ anzjana

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, ir-raġel ġie akkużat b’serq aggravat, li kkawża ġrieħi ħfief, li kien qed iġorr sikkina bla liċenzja u li kien riċediv.

Fil-Qorti nstema’ kif il-persuni li daħlu jisirqu nqabdu mill-kameras tas-sigurtà li wrew nies b’laptop għaddejjin jiġru.

Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Mifsud sostna dwar il-bżonn li tiġi protetta s-soċjetà. Huwa stqarr li filwaqt li mhux se jidħol fil-mertu tal-każ, il-vittma għandha tixhed filwaqt li dawk li kienu kompliċi fis-serqa għandhom jinstabu. Fisser li ma tax il-ħelsien mill-arrest biex jipproteġi kemm lis-soċjetà kif ukoll lill-akkużat minn xi tentazzjoni.