Serqa armata minn ħanut f’Santa Luċija

Ħalliel armat daħal jisraq minn ħanut f’Santa Luċija.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li s-serqa seħħet għall-ħabta tas-2.30pm minn ġo ħanut.

Il-ħalliel daħal jisraq b’wiċċu mgħotti u kien armat b’sikkina. Huwa daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxiera biex jagħtuh il-flus.

Il-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Fortunatamanet ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident, madanakollu fuq il-post issejħet ambulanza biex tirattata liż-żewġ impjegati għax-xokk li sofrew.

Tfittxijiet li saru fl-akwati mill-Pulizija tal-RIU għall-ħalliel irriżultaw fin-negattiv.