Serq: Raħal Ġdid jisboq lill-Fgura u Ħal Tarxien

Fl-2019 kien hemm 361 serqa b’kollox f’Raħal Ġdid, f’Ħal Tarxien u fil-Fgura.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fil-Parlament, hu u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

Mit-tliet lokalitajiet, jidher li kien Raħal Ġdid li kellu l-iżjed reati kriminali, b’total ta’ 394 reat. 161 minn dawn kienu serqiet.

Fil-Fgura kien hemm ftit inqas reati kriminali minn Raħal Ġdid, b’total ta’ 338 każ reġistrat fl-għassa, li 157 minnhom kienu serqiet.

Fil-każ ta’ Ħal Tarxien, twettqu 152 reat kriminali, li 43 minnhom kienu serqiet.

Dan skont ma ġie rapportat u reġistrat fl-għases.