Serq miċ-ċimiterju ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ

Iċ-ċimiterju ta’ San Blas li jinsab fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ spiċċa fil-mira tal-ħallelin.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li fl-aħħar jiem insterqu diversi manki tar-ram minn fuq il-lapidi tal-oqbra f’dan iċ-ċimiterju.
Persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li allegatament ir-ram jinsteraq biex iħolluh u jbigħuh.
Il-pulizija ma rċevew l-ebda rapporti dwar dawn il-każi.