Serq f’Wied il-Għajn: Se jiżdiedu r-rondi

Read in English.

Wara li fuq Facebook persuna tellgħet diversi kitbiet ta’ persuni li fl-aħħar jiem sfaw misruqa minn djarhom f’Wied il-Għajn, is-Sindku Mario Calleja informa lir-residenti li se jkun hemm aktar rondi mill-Pulizija.

F’post fuq Facebook is-Sindku spjega li l-Pulizija jafu b’din il-mewġa ta’ serq li għaddejja f’Wied il-Għajn u qal li se jkunu qed jiżdiedu r-rondi fit-toroq. Madankollu huwa appella biex kull min għandu xi informazzjoni għandu jitkellem mal-Pulizija b’mod kunfidenzjali.

Il-persuna li tellgħet dawn il-kitbiet qalet li f’jumejn kien hemm diversi serqiet u dan qed joħloq biża’ fir-residenti ta’ Wied il-Għajn. Hija talbet biex tittieħed azzjoni qabel ma jiġri xi ħaġa. Aktar tard fl-istess kitba, hija għamlet referenza għal dak li kiteb is-Sindku tal-lokal.