Serq ċimiterju: Il-ħallelin ma jidhrux fil-kamera

L-investigazzjonijiet dwar serq miċ-ċimiterju taż-Żejtun, s’issa għadhom ma taw l-ebda riżultati.
Dan qalu fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.
Il-Ministru Farrugia qal li l-kamera tas-sigurtà fiċ-ċimiterju taż-Żejtun, ma kinitx tiġbed u lanqas tkopri l-lok minn fejn saret is-serqa.
Żied jgħid li bejn Jannar 2016 u Lulju ta’ din is-sena, kien hemm każ wieħed ta’ serq minn dan iċ-ċimiterju.