Serq Belt Valletta: Raġel jinżamm arrestat

Kwartieri tal-Pulizija - Police Headquarters Depot
Joseph Giordimaina

Raġel ta’ 57 sena residenti l-Belt tressaq il-Qorti b’arrest b’rabta ma’ diversi serqiet minn stabbilimenti u negozji fil-Belt Valletta.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiaq, ir-raġel ġie akkużat b’serqiet li twettqu bejn il-25 ta’ Ottubru 2019 u l-31 ta’ Marzu 2020. Ġie akkużat ukoll li rrenda ruħu reċediv, u li kiser il-libertà kundizzjonata.

Ir-raġel ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatatx il-libertà u baqa’ jinżamm taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.