Serp joqtol kok, 20 minuta wara li qatgħalu rasu

Kok Ċiniż spiċċa nqatel mis-serp li kien qed isajjar wara li dan gidmu, għoxrin minuta wara li l-kok kien qatgħalu rasu.
F’filmat mhux tas-soltu, il-kok Peng Fan jidher isajjar platt speċjali magħmul mis-serp kobra, delikatezza rari tal-Ażja.
Meta l-kok mar biex jarmi ras is-serp, is-serp dlonk gidmu u infettah bil-valenu perikoluż tiegħu. Peng miet immedjatament.
Espert tas-sriep Yang Hong-Chang, li għamel 40 sena jistudja l-kobras, qal li l-organi tar-rettili kollha jistgħu jibqagħu jaħdmu sa siegħa wara li jitilfu parti minn ġisimhom jew inkella saħansitra anke jekk jitilfu ġisimhom kollu.
Fil-fatt, fil-filmat jidher li kemm ġisem kif ukoll ras il-kobra baqgħu jiċċaqalqu għal xi ħin. Hong-Chang sostna li hu possibbli li ras is-serp baqgħet ħajja, bil-konsegwenza li ġidmet lill-kok.