Serje televiżiva dwar Leonardo Da Vinci

Ritratt: wantedinrome.com

Wara t-tmiem tas-sensiela I Medici li damet għaddejja għal 3 nin, il-kumpanija Sony bil-kollaborazzjoni ta’ Lux Vide u l-istazzjon Taljan Rai Uno qed jippjanaw biex jaħdmu serje storika oħra, din id-darba dwar Leonardo Da Vinci.

Għal din is-sensiela s’issa hemm maħsub tmien puntati u l-parti ewlenija ta’ Da Vinci se jkun qed jinterpretaha l-attur Irlandiż Aidan Turner li anfuh l-aktar fis-sensiela Poldark.

Nafuh ukoll fil-karattru ta’ The Kìli fis-sensiela ta’ films ta’ The Hobbit.

Aidan Turner kif nafuh fis-sensiela Poldark

F’din is-sensiela se jkun qed jieħu sehem ukoll l-attur Freddei Highmore ta’ sensiliet bħal Bates Motel u The Good Doctor. Hu se jinterpreta l-parti ta’ Stefano Giraldi, li jibda’ jfittex fuq l-imgħoddi ta’ Da Vinci minħabba li jkun qed jissuspetta li dan kien involut f’delitt.

Freddie Highmore

F’din is-sensiela mistennija jagħtu sehimhom artisti magħrufa bħal Matilda de Angelis tal-film The Undoing u li f’din is-sensiela se tinterpreta lil Matilde de Angelis.

Se jaħdem ukoll l-attur veteran Giancarlo Giannini bħala Andrea del Verrocchio.

Giancarlo Giannini

Is-sensiela se jkollha produzzjoni ta’ Frank Spotniz li kien ipproduċa wkoll The Man in the High Castle, li kellha direzzjoni ta’ Dan Percival, li wkoll se jkun qed jidderieġa dan ix-xogħol.

Il-produzzjoni msitennija li titlesta għall-istaġun tal-ħarifa tas-sena d-dieħla tal-istazzjon Rai Uno.