Serje televiżiva dwar Ayrton Senna

Il-ħajja tas-sewwieq tal-karozzi Brażiljan Ayrton Senna se titwassal f’serje televiżiva ġdida fi tmien puntati li Netflix se jkun qed jaħdem fix-xhur li ġejjien biex imbagħad ikun jista’ jwassalha fuq il-pjattaforma tiegħu fl-2022.

Senna kien miet waqt  tellieqa f’Imola Circuit fl-Italja nhar l-1 ta’ Mejju tal-1994.

Is-sensiela mistennija tiffoka fuq ħajjet is-sewwieq fil-ħajja personali tiegħu u waħda mill-attrazzjonijiet li se jkollha din is-sensiela hi li se jkollha bosta xeni miġbuda proprju fid-dar li fiha Senna kien trabba meta kien għadu żgħir.

S’issa għad mhux magħruf min se jkun qed jinterpreta l-karattru ta’ Senna. Fl-istess waqt qed tissemma’ l-possibilità li f’din is-sensiela jkun hemm partijiet li se jiġu interpretati minn xi qraba ta’ Senna, u fost dawn diġà qed tissemma’ Vivienne Senna, li tiġi oħt il-mibki Ayrton.

Din is-sensiela se jkollha produzzjoni ta’ Caio Gullane, u se tinħadem fil-Portugiż u bl-Ingliż u se tinkludi wkoll mumenti mill-aħħar tellieqa li Senna kien ħa sehem fiha.