Serje ġdida ta’ Star Trek fl-2017

Dawk kollha li għandhom għal qalbhom is-serje televiżiva Star Trek, għandhom biex jifirħu bl-aħbar li f’Jannar tal-2017 se tibda serje ġdida.
Dan wara li fl-2005 kienet intemmu ħesrem l-episodji tas-serje Star Trek: Enterprise.
Il-produttur tal-films ta’ Star Trek, Alex Kurtzman jinsab f’taħdidiet mal-kumpanija Amerikana CBS biex fuq it-televiżjoni tintwera sensiela ġdida fl-okkażjoni tal-50 anniversarju.