Sergio Aguero involut f’inċident bil-karozza

L-istilla ta’ Manchester City Sergio Aguero kien involut f’inċident ikrah bil-karozza. Dan seħħ jiem bogħod mil-logħba ta’ City kontra Crystal Palace.

L-attakant Arġentinjan li għandu 31 sena jinsab tajjeb iżda l-karozza li tiswa aktar minn €150,000 ma tistax tinstaq fil-kundizzjoni li qegħda. Ir-rota tan-naħa tax-xufier spiċċat għawġet ‘l ġewwa u l-body tal-karozza niżel fuqha.

Hu kien fi triqtu għat-training. Aguero ma ngħażilx mat-tim nazzjonali u b’hekk baqa’ jattendi għat-training ġewwa Manchester.Issa jrid jiffoka kemm jista’ fuq il-logħoba li se tintlagħab fi tmiem il-ġimgħa. City għandhom bżonnu biex jirbħu l-logħba u ma jkomplux ikabbru d-distakk li hemm bejnhom u bejn Liverpool.