Serena Williams u Maria Sharapova, l-finalisti fl-Awstralja

Bejn żewġ Amerikani, it-tenista numru wieħed Serena Williams għelbet lil Madison Keys u għamlitha għas-sitt finali fl-Australian Open.
Maria Sharapova se tkun ukoll fil-finali meta għelbet lir-Russa l-oħra Ekaterina Makarova.
Williams rebħet il-ħames finali precedenti, filwaqt li Sharapova rebħet il-finali tal-2008 u kienet l-aħħar fil-finali tliet snin ilu.
L-aħħar li ltaqgħu Williams u Sharapova, l-Amerikana kienet ħarġet rebbieħa.