Raġel bi ġrieħi serji wara ġlieda f’San Ġiljan

Serb ta’ 31 sena ġarrab ġrieħi serji wara li allegatament kien involut fi ġlieda ma’ persuni aktarx barranin f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tas-1am, xħin il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna mitluqa mal-art fi Triq Elija Zammit.
Huma sabu lis-Serb mitluq mal-art, u għalkemm ma kellux ġrieħi viżibbli beda jilmenta minn uġigħ.
Aktar tard l-isptar huwa ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: Arkivji