Serb akkużat li seraq b’€1,200 f’sigaretti u xorb alkoħoliku

Serb ta’ 33 sena inżamm arrestat wara li stqarr li ma kienx ħati li daħal f’gabbana fil-Qawra u seraq b’madwar €1,200 f’sigaretti u xorb alkoħoliku.
Huwa kien arrestat f’roadblock fis-Swieqi bil-Pulizija jsibu li l-karozza kellha pjanċi tar-reġistrazzjoni Bulgari, mingħajr polza tal-assigurazzjoni u li kellu wkoll il-gass tad-dmugħ.
Fil-Qorti ntqal li s-Serb kien involut f’żewġ serqiet oħra fosthom minn apparament f’San Ġiljan fi żmien meta kien jaħdem bħala assistent kowċ ta’ tim tal-futbol.