Serata ta’ dwetti llejla f’Sanremo

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

It-tielet serata tas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo se tkun waħda mill-aktar interessanti u żgur li se ġġedded il-memorji ta’ ħafna minn dawk li għal snin twal ilhom isegwu dan il-festival. Se tkun serata li fiha se jitwasslu mill-ġdid uħud mill-kanzunetti li kkaratterizzaw l-istorja tal-festival matul dawn is-snin.

Il-kanzunetti se jkunu nterpretati mill-24 kantant parteċipant f’din l-edizzjoni akkumpanjati minn artisti oħra kbar.

Illejla stennew li taraw il-kantanti l-kbar jinterpretaw dawn il-kanzunetti:

Anastasio & PFM
Spalle al muro (Renato Zero, Sanremo 1991)

Piero Pelù & Little Tony (dwett virtwali)
Cuore matto (Little Tony & Mario Zelinotti, Sanremo 1967)

Elodie & Aeham Ahmad
Adesso tu (Eros Ramazzotti, Sanremo 1986)

Elettra Lamborghini & Myss Keta
Non succederà più (Claudia Mori, Sanremo 1982)

Giordana Angi & Simona Molinari
La nevicata del ’56 (Mia Martini, Sanremo 1990)

Diodato & Nina Zilli
24mila baci (Adriano Celentano & Little Tony, Sanremo 1961)

Raphael Gualazzi & Simona Molinari
E se domani (Fausto Cigliano & Gene Pitney, Sanremo 1964)

Francesco Gabbani (dwett sorpriża)
L’italiano (Toto Cutugno, Sanremo 1983)

Alberto Urso & Ornella Vanoni
La voce del silenzio (Tony Del Monaco & Dionne Warwick, Sanremo 1968)

Marco Masini & Arisa
Vacanze romane (Matia Bazar, Sanremo 1983)

Enrico Nigiotti & Simone Cristicchi
Ti regalerò una rosa (Simone Cristicchi, Sanremo 2007)

Michele Zarrillo & Fausto Leali
Deborah (Fausto Leali, Sanremo 1968)

Rita Pavone & Amedeo Minghi
1950 (Amedeo Minghi, Sanremo 1983)

Tosca & Silvia Perez Cruz
Piazza grande (Lucio Dalla, Sanremo 1972)

Achille Lauro & Annalisa
Gli uomini non cambiano (Mia Martini, Sanremo 1992)

Bugo & Morgan
Canzone per te (Sergio Endrigo & Roberto Carlos, Sanremo 1968)

Irene Grandi & Bobo Rondelli
La musica è finita (Ornella Vanoni e Mario Guarnera, Sanremo 1967)

Le vibrazioni & Canova
Un’emozione da poco (Anna Oxa, Sanremo 1978)

Levante con Francesca Michielin & Maria Antonietta
Si può dare di più (Umberto Tozzi, Enrico Ruggeri, Gianni Morandi, Sanremo 1987)

Junior Cally & i Viito
Vado al massimo (Vasco Rossi, Sanremo 1982)

Paolo Jannacci & Francesco Mandelli
Se me lo dicevi prima (Enzo Jannacci, Sanremo 1989)

Pinguini tattici nucleari
Papaveri e papere (Nilla Pizzi, Sanremo 1952), Nessuno mi può giudicare (Caterina Caselli & Gene Pitney, Sanremo 1966), Gianna (Rino Gaetano, Sanremo 1978), Sarà perché ti amo (Ricchi e Poveri, Sanremo 1981), Una musica può fare (Max Gazzè, Sanremo 1999), Salirò (Daniele Silvestri, Sanremo 2002), Sono solo parole (Noemi, Sanremo 2012), Rolls Royce (Achille Lauro, Sanremo 2019)

Rancore & Dardust e
Luce (tramonti a nord est) (Elisa, Sanremo 2001)

Riki & Ana Mena
L’edera (Nilla Pizzi & Tonina Torrielli, Sanremo 1958)

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Il-mistiedna tal-lejla huma Roberto Benigni, Mika, Tiziano Ferro, kif ukoll Lewis Capaldi u l-kast tas-sensiela L’amica Geniale.

F’din is-serata mhux se jkun qed jieħu sehem Fiorello, li jirritorna fil-festival għas-serata ta’ għada l-Ġimgħa u l-finali tas-Sibt.

Illejla Amadeus jkun mgħejjun fil-preżentazzjoni mill-mudella Georgina Rodriguez, l-għarusa ta’ Cristiano Ronaldo, u l-preżentatriċi Albaniża Alketa Vejsiu.

Sanremo jittella’ fit-teatru Ariston fl-Italja f’xandira diretta fuq Rai Uno fid-08.40pm u mistenni li jibqa’ għaddej sas-00.45am.