Serata Mużiko-Letterarja li tfakkar l-istorja tal-Parroċċa tal-Mellieħa

Fil-Mellieħa, is-Sibt 23 t’April fis-7.30pm, se tiġi organizzata serata Mużiko-Letterarja bis-sehem tal-kor u l-orkestra, bl-isem “Minn Santwarju Matriċi għal Parroċċa Arċipretali”.
L-attività, organizzata mill-Parroċċa Arċipretali tal-Mellieħa flimkien mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina se ssir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa biex tfakkar il-mixja tal-istorja tal-Parroċċa tal-Mellieħa mill-bidu tagħha sa meta ġiet dikjarata Parroċċa Arċipretali fis-7 ta’ Settembru 2015 mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Fost il-mużika li se tindaqq se jkun hemm kompożizzjonijiet ta’ Carmel Muscat, Aronne Sultana, Vincenzo Ciappara, J. Abela Scolaro, W.A. Mozart u G. Bizet.
Id-direzzjoni mużikali se tkun ta’ Mro. Kenneth Fenech.
L-istorja tal-Parroċċa li se jinqara waqt is-serata ġie miktub mill-istoriku Mellieħi Jimmy Muscat.