Seraq mowbajl għax ried jiekol u jħallas il-kera

Żagħżugħ ta’ 22 sena ntbagħat 4 xhur ħabs wara li ammetta li seraq mowbajl għax qal li kien bil-ġuħ u ma kellux biex iħallas il-kera.
Is-Somalu Abdi Aleh Mohamed, li bħalissa kien qed jgħix Raħal Ġdid, ammetta l-akkużi li lbieraħ seraq mowbajl li kien jiswa €100.
Madankollu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras id-difiża talbitha tikkunsidra l-fatt li Mohamed irritorna l-mowbajl u talab skuża lil min seraqhulu, u dan ħafirlu.
Iżda l-akkużat kien riċediv, u għalhekk il-Maġistrat fehmitu li kellha bilfors tibagħtu l-ħabs, minkejja li ż-żagħżugħ fakkarha li l-aħħarm darba li deher quddiemha ħelsitu.
Il-Qorti kkunsidrat li ammetta mill-ewwel, li kkopera mal-Pulizija, u li rritorna l-mowbajl.