Seraq karozza u pprova jsuq għal fuq pulizija għax spiċċa bla flus

Raġel tressaq il-qorti akkużat li seraq karozza biex imur id-dar għax spiċċa bla flus minħabba problema ta’ droga.

Ir-raġel li għandu 30 sena u joqgħod San Ġwann allegatament ra l-karozza miftuħa fil-Ħamrun, u mar jistartjaha biex jużaha biex jasal id-dar. Huwa ġie akkużat ukoll li pprova jsuq għal fuq pulizija fil-Furjana u m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, imma fil-qorti ħareġ ukoll li għandu problema bid-droga sintetika u qed jirċievi t-trattament meħtieġ. Il-Prosekuzzjoni qablet mad-Difiża li l-akkużat għandu jingħata t-trattament li jeħtieġ.

Il-Qorti żammet lill-akkużat taħt arrest sakemm tingħata s-sentenza nhar it-Tnejn illi ġej.