Seraq fuel minn pompa tal-petrol; sentenza sospiża

Raġel ta’ 25 sena miż-Żurrieq, akkużat b’serq minn pompa tal-petrol, ingħata sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiża għal tliet snin.

Huwa ammetta l-akkużi li bejn l-1 ta’ Settembru 2019 u l-24 ta’ Jannar 2020 seraq fuel minn pompa tal-petrol fi Blata l-Bajda, għad-dannu tal-Aġenzija tal-Infurzar, il-LESA.

Huwa tressaq b’arrest il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Robert Vella u Mario Xiberras.