Seraq flus u ġojjelli f’Għawdex; sentenza sospiża

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 20 sena min-Nadur, tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li f’Ġunju li għadda seraq ammont ta’ flus kontanti, ġojellerija u oġġetti oħra minn residenza fiż-Żebbuġ Għawdex.

Huwa kien akkużat ukoll li fis-27 t’Ottubru li għadda kkaġuna ġrieħi ħfief fuq persuna fir-Rabat Għawdex kif ukoll  li bejn l-4 u l-5 ta’ Novembru ma segwix il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu mposti fuqu.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella r-raġel wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat ikkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi b’erba’ snin. Il-Qorti ħarġet ukoll garanzija ta’ sena favur il-vittma.