Seraq flus kontanti u ħarab minn fuq il-post

videoblocks

Raġel mgħammad u armat b’arma taqta’ u bil-ponta wettaq serqa ġewwa Triq Nazju Ellul fil-Gzira. Skont kelliem għall-Pulizija s-serqa seħħet għall-ħabta tad-9:30pm.

Il-kaxxiera li kienet fuq il-post dak il-ħin, ma kelliex għażla oħra ħlief li tagħtih il-flus. Skont il-Pulizija, il-kaxxiera għandha 18-il sena u tgħix il-Gżira stess. Ir-raġel seraq flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.

Il-Pulizija ma kinitx f’pużijzzjoni li tikkonferma l-ammont ta’ flus li nsterqu.

Rigward dan il-każ infetħet inkjesta.