Separazzjonijiet: jiżdiedu f’Malta jonqsu f’Għawdex

Fl-aħħar ħames snin kien hemm medja ta’ żewġ separazzjonijiet kuljum.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech.
In-numru ta’ separazzjonijiet f’Malta żdiedu minn 704 fl-2011 għal 911 fl-2015 biż-żiediet ikunu kkonċentrati fl-2013 u l-2015. Għall-kuntrarju f’Għawdex, in-numru ta’ separazzjonijiet naqsu minn 97 fl-2010 għal 64 fl-2015, bit-tnaqqis ikun ikkonċentrat bejn l-2010 u l-2011 minn meta s-separazzjonijiet kienu bejn il-55 u l-65 fis-sena.
Kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, kważi s-separazzjonijiet kollha kienu bonarji