​Sentenza sospiża għall-mara li aggrediet lill-pulizija

Sentenza sospiża għall-mara li qalgħet kommossjoni f’bar fiż-Żejtun u aggrediet lill-pulizija.
Il-mara kienet akkużata li darbet ħafif żewġ uffiċjali tal-pulizija, li m’obdietx l-ordnijiet, irreżistiet l-arrest u li aggrediet tlett irġiel.
Kienet akkużata wkoll li insultat tliet uffiċjali oħra u tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u li kienet fis-sakra.
Hija wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u ġiet ordnata sentenza sospiża għal sentejn u multa ta’ €800.