Sentenza ta’ mewt għal 21 Eġizzjan

Qorti fl-Eġittu ikkonfermat 21 sentenza ta’ mewt wara rewwixti li qamu waqt logħba futbol f’Port Said.

B’kollox huma akkużati 52 persuna. Ħamsa minnhom ingħataw sentenza ta’ għomor ħabs.

Il-logħba vjolenti ħalliet 74 persuna mejta. Kienet bejn it-tim Al Masry, ibbażat f’Port Said u l-Al-Ahly, it-tim tal-Kajr. Al Masry għelbu lill-Al-Ahly fl-iskor ta’ 3-1.

Madwar 22,000 persuna kienu fl-istadju.

Ir-rewwixta nqalgħat fi Frar, fi żmien meta l-Eġittu qed jipprova jżomm is-sigurtà wara l-waqgħa tal-mexxej Hosni Mubarak.