Sentenza ta’ ħabs wara li qabbad persuna tiġbed il-flus biex jisraqha

Ħalliel bil-vizzju tad-droga ingħata sentenza ta’ tmintax -il xahar ħabs wara li ammetta li żamm raġel kontra r-rieda tiegħu u ġagħlu jiġbed il-flus minn ATM biex wara jisirqu.

Fil-qorti sar magħruf li Clayton Fava waqqaf ġuvni ta’ 23 sena fi triq fil-Furjana u talbu l-flus biex jixtri flixkun luminata. Meta dan ra l-credit card talbu sabiex imur jiġbed il-flus, bil-flus kienu jammontaw għal €300.

Filwaqt li Clayton Fava ingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs, il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat ukoll li Fava jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.