Sentenza sospiża wara li serqet portmoni

Tfajla Bulgara ta’ 17-il sena ngħatat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammettiet li lbieraħ serqet portmoni ta’ anzjana mill-baskett tagħha minn ħanut fil-Belt.
Hija nqabdet minn uffiċjali tal-pulizija waqt li kienu qed jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzonijiet li kienu għaddejjin fil-Belt stess biex jikkommeraw il-202 sentejn mit-twaqqif tal-korp.
Hija ammettiet li serqet lill-anzjana.
Ritratt: Ian Noel Pace