Sentenza sospiża wara li serqet ċurkett ta’ €4,600

Mara miż-Żejtun ingħatat is-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi wara li ammettiet li serqet ċurkett meta kienet qed tnaddaf f’residenza f’Ħal Luqa.
Iċ-ċurkett kellu valur ta’ €4,600.
Fil-Qorti, il-mara qalet li kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli minħabba li kienet isseparat mir-raġel u kellha tlett itfal, li waħda minnhom kienet marida.
Hija ġiet ordnata tħallas iċ-ċurkett fi żmien sitt xhur u tħallas ukoll b’€500 fi spejjeż tal-Qorti fi żmien tliet xhur.