Sentenza sospiża wara li seraq minn skola taż-żfin

Raġel li nstab ħati li daħal mingħajr permess u seraq minn skola taż-żfin ingħata sentenza sospiża wara li ammetta l-akkużi.

Joseph Buttigieg li għandu 45 sena u residenti l-Marsa kien daħal jisraq minn skola taż-żfin fil-Marsa stess matul il-lejl tal-21 ta’ Ġunju.

Il-Maġistrat Doreen Clarke tagħtu sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Dan ifisser li jekk ir-raġel jerġa’ jinqabad jagħmel xi kriminalità fit-tliet snin li ġejjin ikun irid iservi t-18-il xahar ħabs, flimkien mal-piena tal-każ il-ġdid. Il-Maġistrat talbitu sabiex jekk għandu l-problemi jsolvihom u mhux jikkrea aktar problemi.