Sentenza sospiża wara li seraq għodda mill-Imtarfa

Raġel ta’ 47 sena ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq għodda minn residenza fl-Imtarfa.

Il-każ seħħ fl-4 ta’ Awwissu għall-ħabta tas-1am. Emad Khalifa Beleed Zweitt li huwa Libjan residenti r-Rabat tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit nhar it-Tnejn filgħodu. Il-prosekuzzjoni qalet lill-Qorti l-akkużat ta kollox lura.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit innutat li l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u għaldaqstant iddeċidiet li tagħtih sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament biex ir-raġel joħroġ mill-vizzju tad-droga.