Sentenza sospiża wara li sawwat qattusa

Raġel li sawwat qattusa b’biċċa njama u ħalliha kważi mejta, “għax dehret marida”, ingħata sentenza sospiża u kien ordnat li jieħu kura medika.
Ir-Raġel ta’  58 sena kien inqabad jarmi l-qattusa fit-triq u ġie akkużat bi krudeltà tal-annimali u bil-qtil ta’ annimal domestiku.
Huwa ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża għal tliet snin u tpoġġa taħt ordni ta’ probation.
Il-Maġistratt Anthony Vella tah ordni ta’ trattament.