Sentenza sospiża wara li rreżista pulizija f’Għawdex

CMRU

Raġel mill-Munxar weħel sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €6,000 wara li ammetta li rreżista uffiċjali tal-Pulizija b’mod vjolenti fir-Rabat Għawdex.

Stephen Edwin Tully ta’ 38 sena tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana fejn wieġeb ħati talli attakka u rreżista żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kien fil-lockup f’Għawdex tard il-Ġimgħa filgħaxija. Hu ammetta li għamel dan biex iwaqqaf lill-pulizija milli jagħmlu xogħolhom, jagħmel ħsarat fuq l-uniformi tal-pulizija u jhedded persuna oħra qabel l-arrest.