Sentenza sospiża wara li refa’ jdejh fuq mara tqila

Read in English.

Raġel ta’ 39 sena mill-Fgura ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li refa’ jdejh fuq l-eks sieħba tiegħu sakemm kienet tqila. Dan seħħ waqt argument.

Il-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Ir-raġel ġie ordnat mill-Qorti biex ma jersaqx lejn il-mara. Huwa ngħata sentenza ħabs ta’ 9 xhur, sospiża għal 18-il xahar.

Il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel jingħata għajnuna minn uffiċjal tal-probation għall-vizzju tal-alkoħol.