Sentenza sospiża wara li nstab ħati li wettaq attakk fuq il-pudur ta’ tfajla

Raġel ta’ 45 sena mill-Għarb ingħata s-sentenza ta’ disa’ xhur priġunerija sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li wettaq attakk fuq il-pudur ta’ tfajla ta’ 16-il sena.
Il-każ seħħ fil-5 ta’ Awwissu tal-2001 meta l-akkużat kien qed isuq trakk u staqsa lit-tfajla jekk tridx li jwassalha d-dar.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi mressqa kontrih.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qalet li kemm ir-raġel kif ukoll it-tfajla taw verżjonijiet differenti iżda kkonkludiet li ma kienx hemm abbuż sesswali iżda li wettaq attakk vjolenti fuq il-pudur tat-tfajla b’kummenti mhux f’posthom.
Il-Qorti ordnat li t-tfajla u l-familja tagħha jingħataw il-protezzjoni.