Sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ qtil involontarju f’inċident tat-traffiku

Żagħżugħ ta’ 25 sena li kien akkużat bil-qtil involontarju ta’ koppja anzjana f’inċident tat-traffiku, ingħata s-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal tliet snin u mmultat €4,000.
L-inċident seħħ fit-12 ta’ Diċembru tal-2009 fi Triq l-Erba Imwieżeb f’San Pawl il-Baħar, meta l-akkużat kellu 18-il sena.
Bid-daqqa, l-mara mietet fuq il-post filwaqt li żewġha mietet fl-isptar.
Fil-Qorti ntqal li t-triq kienet f’kundizzjoni tajba dakinhar li tal-inċident u li l-akkużat ma kienx qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.
Ġie stabbilit li l-akkużat kien qed isuq b’veloċità ta’ 137 kilometru fis-siegħa u filwaqt li ż-żagħżugħ qal li kellu ħsarat fil-brejkijiet, l-esperti tal-Qorti enfasizzaw li ma kienx hemm ħsarat.
Apparti s-sentenza sospiża, il-Qorti ordnat ukoll li ż-żagħżugħ ma jistax isuq għal perjodu ta’ sentejn.