Sentenza sospiża wara li nstab ħati li ffroda lil martu

Raġel ingħata sentenza sospiża għal tliet snin u mmultat €925 wara li nstab ħati li ffroda €2,000 lil eksmartu wara li ffalsifika l-firma tagħha għall-assigurazzjoni.
Fl-2013, il-mara kienet fetħet każ kontra żewġha fejn sostniet li matul is-separazzjoni saret taf li kien akkwista €4,600 mill-polza tal-assigurazzjoni mingħajr il-permess tagħha.
Fis-sentenza, il-Qorti kkunsidrat li r-raġel kellu l-kondotta nadifa u li kien ġie ppruvat li parti minn din is-somma marru rigal għat-tieġ ta’ binthom.