Sentenza sospiża wara li nqabdet iddaħħal it-tabakk b’mod illegali

Etjopjana ta’ 26 sena ngħatat 6 xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li nqabdet idaħħal 64 pakkett tabakk tax-shisha f’Malta mingħajr ma ddikjarathom.
Hija ġiet arrestata lbieraħ mill-Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-qabda kellha valur ta’ €320, li fuqha kellha titħallas €552 Sisa.
Ġiet akkużata wkoll li ma ħalsitx €157 VAT.
Hija ammettiet l-akkużi u ġiet ordnata tħallas multa ta’ 1,655 f’sitt xhur.