Sentenza sospiża wara li ma ħallasx b’€60,000 f’VAT

Raġel minn Wied il-Għajn ingħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal erba’ snin wara li naqas li jħallas aktar minn €60,860 lid-Dipartiment tal-VAT.
Fil-Qorti ntqal li d-Dipartiment kien għarraf lill-akkużat li kellu jagħti l-flus dovuti f’taxxa.
Fl-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li r-raġel kien ammetta li kellu pagamenti pendenti.
Fil-Qorti ntqal li ma ħallasx kollox mal-ewwel minħabba problemi finanzjarji u l-kumpanija li kellu kienet se tfalli.
Il-Qorti ddeċidiet li r-raġel kien għamel miżappropjazzjoni ta’ fondi meta kien qed juża l-flus li kellu jħallas f’taxxi għal affarijiet oħra.