Sentenza sospiża wara li ħebbew għall-Pulizija

Christopher Pocock ta’ 31 sena, Jame Warmock ta’ 41 sena, Alexandria Terri Finch ta’ 19-il sena u żgħażugħ ieħor ta’ 17-il sena lkoll mir-Renju Unit ingħataw sena priġunerija sospiża għal sentejn wara li fil-Qorti ammettew li ħebbew għal tliet kuntistabbli tal-Pulizija u li rreżistew l-arrest bil-forza.

Huma ġew mixlija wkoll li darbu ħafif lill-Pulizija u li kissru l-paċi pubblika.

Fil-Qorti ntqal li huma ppruvaw jiddefendu lil ħu Pocock, li huwa persuna b’diżabilita’, wara li kien aggredit fi ġlieda f’San Pawl il-Baħar.