Sentenza sospiża wara li ħebb għal mara u binha

Raġel ta’ 65 sena ngħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li ħebb għall-eks sieħba tiegħu u binha b’sikkina.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, huwa ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda kellu sikkina u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq iż-żewġ vittmi.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Ir-raġel ingħata l-multa ta’ €120 u ġie ordnat biex għat-tliet snin li ġejjin ma jkellimx lill-vittmi.